Author: Leanne Magro

Jinġabru total ta’ €6,600 għal btala barra minn Malta għat-tfal ta’ Fondazzjoni Sebħ minn #teamgoddo

F’għeluq is-sittin sena tiegħu, Godwin Debattista ddeċieda li jorganizza mixja ta’ sittin milmaqsuma f’jumejn biex jiġbor fondi għal Fondazzjoni Sebħ li jixtiequ jieħdu iktar minn 40 tifelu tifla fuq btala għall-ewwel darba. Minflok iċċelebra għeluq sninu mal-familja kif jagħmel ta’kull sena, din is-sena b’mod differenti…

Tibda l-ewwel fażi tal-proġett ‘See My Voice’ ta’ Fondazzjoni SebħIl-proġett ingħata l-Premju tal-President għall-Kreattività 2022.

Fondazzjoni Sebħ qed tniedi l-proġett ‘See My Voice’ li f’Diċembru li għadda ngħata l-Premju tal-President għall-Kreattività 2022 bl-allokazzjoni ta’ €9,698 għal din l-inizjattiva. Bħalissa l-Fondazzjoni tinsab fl-ewwel fażi tal-proġett li se jitwettaq ma’ tfal li jgħixu fid-djar residenzjali tal-Fondazzjoni, nisa u wliedhom li għaddew minn…

Il-Fondazzjoni Sebħ tirbaħ finanzjament mill-programm televiżiv Changemakers

Il-Fondazzjoni Sebħ ħabbret b’sodisfazzjon illi rebħet €25,000 fil-finali tal-bieraħ tal-programm Changemakers. Il-Fondazzjoni fi stqarrija fuq Facebook qalet li biħsiebha tinvesti s-somma mirbuħa fil-bini tal-appartamenti ta’ wara l-għoti tal-kura b’risq in-nisa u t-tfal illi jirrikorru għandha għall-għajnuna. Il-Fondazzjoni, li hija entità tal-Arċidjoċesi ta’ Malta, toffri servizzi residenzjali għat-tfal u…