F’għeluq is-sittin sena tiegħu, Godwin Debattista ddeċieda li jorganizza mixja ta’ sittin mil
maqsuma f’jumejn biex jiġbor fondi għal Fondazzjoni Sebħ li jixtiequ jieħdu iktar minn 40 tifel
u tifla fuq btala għall-ewwel darba. Minflok iċċelebra għeluq sninu mal-familja kif jagħmel ta’
kull sena, din is-sena b’mod differenti għaqqad grupp #teamgoddo magħmul minn Godwin
Debattista, Julian Muscat, Darren Aitchison, Leanda Keith u David Wilson biex flimkien jgħinu
lil din il-Fondazzjoni.

Fondazzjoni Sebħ hija organizzazzjoni mhux governattiva li toffri servizzi residenzjali lil tfal
minuri li għal xi raguni ma jistgħux jghixu mal-familja tagħhom, tnax -il appartmanet għal nisa
li għaddew minn xi tip ta’ vjolenza bħal dik domestika, kif ukoll servizz fil-komunità għar-
residenti tal-Ħamrun u l-Marsa.

Bis-saħħa ta’ din l-inizjattiva inġabru total ta’ €6,600 li bdew iwittu t-triq sabiex il-fondi biex
ikunu jistgħu isiefru t-tfal jibdew jintlaħqu. Għal Godwin, it-tim tiegħu, kif ukoll għal
maniġment ta’ Fondazzjoni Sebħ, is-somma li ntlaħqet kienet iktar milli kienet mistennijja u
huma kuntenti li din l-inizjattiva kienet ta’ success.

Min jixtieq jagħti donazzjoni għal dan il-għan jista’ jagħmel dan billi jidħol fuq is-sit elettroniku
tal-Fondazzjoni Sebħ