Net Television ħaseb f’dawk l-inqas ixxurtjati hekk kif ta donazzjonijiet u ammont kbir ta’ rigali għall-residenti fi ħdan Fondazzjoni Sebħ. 

NET TV flimkien mat-tim tal-programm Ġimgħa b’Ġimgħa bi produzzjoni ta’ Lorraine Sultana, f’Jum Dinji tat-Tfal kienu nedew il-kampanja tal-Milied Mit-Tfal għat-Tfal. L-għan ta’ din il-kampanja kienet li tgħin erba’ djar residenzjali li jieħdu ħsieb tfal minuri, Xelter li jilqa’ nisa u tfal li jkunu għaddew minn xi tip ta’ vjolenza kif ukoll persuni u familji fil-Komunita’ tal-Marsa u Ħamrun li jfittxu l-għajnuna tal-Fondazzjoni. Fid-djar jinsabu persuni li qed jipprovaw jerġgħu jibnu ħajjithom b’mod dinjituż.

Net News tkellem maċ-Chief Operating Officer ta’ Media.Link Communications, Karl Gouder fejn spjegalna iktar l-għan wara din l-inizzjattiva.

Is-Central Office Senior Manager fi ħdan il-Fondazzjoni, Elmer Stanmore spjegat ix-xogħol li din il-Fondazzjoni tagħmel; Xogħol ma jaqta’ xejn mill-Fondazzjoni hekk kif is-soċjetà kontinwament qed tinbidel u dejjem titlob li wieħed ikollu l-iktar affarijiet bażiċi fil-ħajja.