It-Tieni Edizzjoni tal-Football Fest b’risq Fondazzjoni Sebh
Nhar is -Sibt 3 ta’ Settembru 2022 filgħaxija ġiet fi tmiemha it-tieni edizzjoni ta’ festival ta’ 10 siegħat ta’ football mtella’ minn Fondazzjoni Sebħ b’kollaborazzjoni mal-Fgura United Football Club, Fgura United Football Clubhouse, Sixteen Seven, DJ Frank disco and occasions and Crescendos minn Masquerade Theatre School.
Fondazzjoni Sebħ hija entità li tmexxi 4 t’idjar tat-tfal maqsuma f’7 appartamenti: Dar San Nikola u Dar Fra Diegu ġewwa l-Ħamrun, Dar Santa Tereża, iż-Żurrieq, Dar Sagra Familja, Ħaż-Żabbar. Is-7 appartament jilqghu 41 tifel u tifla b’massimu ta’ 6 itfal f’kull appartament sabiex b’hekk jigi offrut ambjent bħal dak ta’ dar. Fondazzjoni Sebħ toffri ukoll servizz ta’ xelter nisa li jkunu għaddew minn esperjenza ta’ vjolenza flimkien ma wliedhom, kif ukoll servizz ta’ after care lill-istess nisa flimkien mat-tfal tagħhom. Il-Fondazzjoni toffri wkoll servizz fil-komunità għal residenti tal-Marsa u l-Ħamrun, Fondazzjoni Sebħ qiegħda taħdem fuq diversi proġetti fosthom refurbishment ta’ appartament li ser jintużaw għall-servizz ta’ after care u ċentru terapewtiku. Dan il-proġett għandu l-għan li Fondazzjoni Sebħ ikollha l-faċilità fejn tista’ toffri spazju sigur u adattat fejn jiġu offruti servizzi terapewtiċi lit-tfal u nisa residenti fid-djar u x-xelter, nies li jibbenefikaw mis-servizzi fil-komunita’ u dawk li jibbenefikaw mill-after care services. Dawn is-servizzi ser ikomplu jgħinu lil dawn l-individwi ikomplu jsaħħu lilhom nfushom sabiex jkunu jistgħu jgħixu b’mod indipendenti.
Il-maniġer Sa Elmer Stanmore, esprimiet is-sodisfazzjon tagħha fi tmiem il-festival għall-ġabra li saret, meta rringrazzjat dawk kollha li ħadmu fuq din l-attivita, dawk li ikollaboraw mal-fondazzoni f’din l-attività, l-voluntiera kollha, il-partecipanti, kif ukoll dawk li taw donazzjinijiet. Dawn il-fondi ser imorru għall-bżonnijiet tas-servizzi b’mod partikolari fil-fondi li qed jinġabru għall-xiri ta’ karozzi għall-użu mit-tfal.
Grazzi għall-ħidma tal-amministrazzjoni ta l-Uffiċċju Ċentrali ta’ Fondazzjoni Sebħ u l-kontribuzzjonijiet kontinwi minn kumpaniji, ħwienet u nies li pparteċipaw b’risq din l-entita’.
Related Posts
Categories
- Articles (22)
- Events (3)
- Fondazzjoni Sebħ (3)
- Latest News (3)
- Projects (2)