Il-Mixja ta’ Caminiamo b’risq Fondazzjoni Sebħ
Is-sena 2020 kienet sena mimlija sfidi iżda għal Fonadazzjoni Sebħ kienet ukoll ta’ opportunita` fejn il-volontarjat fi ħdanha ħa xgira oħra. Dan sar permezz tal-grupp li jġib l-isem ta’ Caminiamo, grupp ta’ nies li għandhom għal qalbhom il-mixi. Waqt il-pandemija tal-COVID-19 dan il-passatemp ma setghux igawduh kif xtaqu u għalhekk iddeċidew li jgħamlu volontarjat u jissapportjaw Fonadazzjoni Sebħ u l-proġetti tagħha.
Matul is-sena, il-grupp ta’ Caminiamo organizzaw diversi innizjattivi bħal CSR, fejn taw spinta ir-rinovazzjoni ta’ Dar Fra Diegu u Dar San Nikola. Il-voluntiera ħadu wkoll l-inizjattiva li jiġbru diversi oġġetti għal-kċejjen tax-xelter għal-vittmi ta’ vjolenza, li kien inawgurat f’Mejju 2021. Matul is-sena Caminiamo ħajret ukoll nies u kumpaniji sabiex huma ukoll jissapportjaw lil Fondazzjoni Sebħ b’donazzjonijijet ta’ flus u oġġetti bżonnjużi. Din il-kollaborazzjoni kienet tfisser ħafna, għaliex sarrfet ukoll f’kuraġġ u motivazzjoni lill-ħaddiema ta’ Fondazzjoni Sebħ.
Fl-2021 Caminiamo setgħu jerġgħu komplu bil-passatemp tagħhom tal-mixi u ħassew li għandhom jgħatu skop ikbar lill-mixja tagħhom. . F’Settembru 2021 il- grupp organiżżaw il-mixja #kullpassjgħodd fejn grupp magħmul minn 25 voluntier tal-Caminiamo, mexa 325 kilometru f’10 t’ijiem, rotta il-Camino di Santiago. Mdawwrin bil- ġmiel tan-natura, fit-tlajja u nżul, xemx u xita, sħana u bard, mxew b’determinazzjoni għax emmnu li kull pass kief’2022n jgħodd u kien qed isir għal kawża ġusta li tant emmnu fiha. Dan sar bilgħan li jiġbru fondi għaċ-ċentru terapewtiku u servizzi tal-after care. Matul din l-inizjattiva huma ġabru s-somma sabiħa ta €10,875.20, permezz ta’ donazzjonijiet mingħand il-volontiera stess, kif ukoll mingħand diversi persuni u kumpaniji oħra. Fondazzjoni Sebħ hija grata ħafna għal dak kollu li għamlu il-grupp Caminiamo, il-ħin u l-enerġija li ddedikaw u l-flus ġabru sabiex jgħinu s-servizzi ta’ Fondazzjoni Sebħ.
Il-grupp Caminaimo qed iħares ‘il quddiem u l-voluntiera qed jippreparaw għal rotta oħra tal-Camino di Santiago f’2022 b’l-għan li jkomplu jissaportjaw lil Fondazzjoni Sebħ.
Categories
- Articles (22)
- Events (3)
- Fondazzjoni Sebħ (3)
- Latest News (3)
- Projects (2)