Il-programm  Ġimgħa b’Ġimgħa li jintwera kuljum fuq NET TV bejn l-4.20 u s-5.45 ta’ wara nofsinhar qed iniedi il-kampanja MitTfal Għat-Tfal .  F’din il-kampanja se jinġabru donazzjonijiet mit-tfal biex jingħataw lil dawk it-tfal li għaddejjin minn sitwazzjonijiet diffiċli. 

Il-Fondazzjoni Sebħ V/O 1622 hija dik il-fondazzjoni li se tingħata dawk id-donazzjonijiet miġbura.  Din il-fondazzjoni tagħti għajnuna lil dawk it-tfal li jeħtiegu sapport biex ħajjithom tkun aktar facli.

Nixtiequ nferrħu lil dawn it-tfal billi jingħataw donazzjonijiet ta’ affarijiet baziċi bħal:

  • Ikel
  • Xorb (mhux alkoħoliku)
  • prodotti sanitarji bħal sapun u deterġenti
  • Vawċers
  • Stationery
  • Affarijiet ta’ użu għall-iskola bħall-kaxxi
  • Affarijiet għall-krafts u arti
  • Make-up
  • Oġġetti li jistgħu isebbħu l-kamra tas-sodda
  • Board games

Għalhekk qed nistiednu lit-tfal kollha biex dal-Milied jferrħu tfal ohra billi jipparteċipaw f’din l-kampanja.  Dawn għandhom jagħmlu kuntatt mal-produzzjoni ta’ Ġimgħa b’Ġimgħa fuq 9944 5783 jew jibgħatu messaġġ fuq il-paġna tagħna ta’ Faċebook u jiġu ikkuntatjati. 

Min irid jista jiġi jagħti d-donazzjoni tiegħu ġewwa l-istazzjon ta’ NET TV. 

Id-donazzjonijiet se jibqgħu jintlaqgħu sat-23 ta’ Diċembru.