Minn Qalb iż-Żrieraq għat-Tfal 💙

🗓 Nhar is-Sibt, 17 ta’ Diċembru ser issir attività għat-tfal ta’ bejn it-3 u 14-il sena. F’din l-attività ser ikun hemm diversi attrazzjonijiet ta’ divertiment għat-tfal fosthom Bouncing Castles, Trampoline, Carousel, Glitter Tattoo Artist u ħafna aktar. 🏰

Din l-attivita se ssir f’Misraħ ir-Repubblika. Apparti minn hekk, ser ikun hemm stands tal-popcorn, candy floss, imqaret fost oħrajn. 🍿

🕛 Din l-attività ser tkun fuq sagħtejn u nofs għal kull grupp. L-ewwel grupp ser ikun bejn l-12:00pm u s-2:30pm u t-tieni grupp ikun bejn is-2:30pm u l-5:00pm.

📝 Sabiex tibbukkjaw intom ġentilment mitluba timlew din il-Form t’hawn taħt:

https://forms.gle/ThNLy4qMxg8rNwZRA

L-Entrance Fee għal din l-attività ser tingħata bħala donazzjoni għat-Tfal tal-Kunvent ta’ Santa Tereża in-Nigret. 🙏🏻

Inħeġġu lill-ġenituri kollha biex iġibu lit-tfal tagħhom għal dawn is-sagħtejn u nofs ta’ divertiment garantit! 😊